Pajjiżi tat-tkabbir

​Il-Kummissjoni CIVEX tal-KtR hija responsabbli għall-pożizzjoni istituzzjonali dwar il-politika tat-tkabbir tal-UE. Sabiex jiġu promossi d-djalogu u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-UE u fil-pajjiżi tat-tkabbir, u biex jingħataw appoġġ fi triqthom lejn l-UE, inħolqu żewġ tipi ta' pjattaformi istituzzjonali:

- il-Kumitati Konsultattivi Konġunti (JCCs)
- il-Gruppi ta' Ħidma

©Rawpixel.com / Adobe stock.com

F’din il-paġna

Kumi​tati Konsultattivi Konġunti (JCCs)

Dikjarazzjoni tal-missjoni

Il-Kumitat Konsultattiv Konġunt jipprovdi forma ta' kooperazzjoni konsistenti u stabbli mal-awtoritajiet lokali u reġjonali ta' pajjiż li jixtieq jissieħeb fl-UE. L-attivitajiet tal-JCC jikkontribwixxu:

  • ​​għat-tħejjija tar-rappreżentanti lokali u reġjonali għas-sħubija fl-UE;
  • għall-evalwazzjoni tal-impatt tal-politiki tal-UE minn perspettiva lokali u reġjonali;
  • għal skambju reċiproku dirett ta' informazzjoni dwar l-iżviluppi politiċi fil-pajjiżi kkonċernati u fl-UE; u
  • għall-monitoraġġ tan-negozjati, b'enfasi fuq oqsma ta' rilevanza partikolari għall-awtoritajiet lokali u reġjonali.

Kif jiġi stabbilit JCC?

  • ​​Fuq talba mill-gvern tal-pajjiż ikkonċernat.
  • Abbażi tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA).
  • Permezz ta' dikjarazzjoni uffiċjali tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni bejn il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-pajjiż kandidat.

Min jieħu sehem fil-JCCs?

  • ​​Nofs ir-rappreżentanti f'JCC huma rappreżentanti lokali jew reġjonali mill-pajjiż ikkonċernat, u n-nofs l-ieħor huma membri tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni.
  • JCC huwa kopresedut minn rappreżentant mill-pajjiż ikkonċernat u membru tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni. 

Kif jaħdmu l-JCCs?

  • ​​Id-deċiżjonijiet jittieħdu b'mod konġunt.
  • Kull JCC jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu stess.
  • Il-JCCs jiltaqgħu darbtejn f'sena; darba fi Brussell fil-qafas ta' Jum it-Tkabbir u darba fil-pajjiż imsieħeb.

Gruppi ta​​' Ħidma

L-attivitajiet tal-Gruppi ta' Ħidma jikkontribwixxu:

  • ​għat-trawwim tal-kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-pajjiż jew pajjiżi kkonċernati;
  • għall-evalwazzjoni tal-impatt tal-politiki tal-UE minn perspettiva lokali u reġjonali;
  • għal skambju reċiproku ta' informazzjoni diretta dwar l-iżviluppi politiċi fil-pajjiżi kkonċernati u fl-UE; u
  • għall-iskambju ta' prattiki tajbin f'oqsma speċifiċi ta' kooperazzjoni.

Kif jiġi stabbilit Grupp ta' Ħidma?

  • ​​​Permezz ta' deċiżjoni tal-Bureau tal-KtR, skont ir-Regoli ta' Proċedura tal-KtR.

Min jieħu sehem fil-Gruppi ta' Ħidma?

  • ​Il-membri tal-KtR.
  • Rappreżentanti lokali u reġjonali mill-pajjiżi msieħba skont is-suġġett diskuss u l-post tal-laqgħa.

Il-Gruppi ta' Ħidma jiltaqgħu darbtejn f'sena; darba fi Brussell fil-qafas ta' Jum it-Tkabbir u darba f'pajjiż imsieħeb.​

Dokumenti