Inbid

F’din il-paġna

Inbid – Grupp Interreġjonali tal-Inbid għan-Natura u l-Ekonomija nħoloq fl-2025, u jiffoka fuq il-promozzjoni tal-interessi tas-settur tal-inbid Ewropew.

Missjoni

Il-missjoni ta’ dan il-grupp interreġjonali hija li:

  • jippromovi l-iżvilupp rurali;
  • jirrappreżenta l-interessi tar-reġjuni li jipproduċu l-inbid fil-proċessi tat-tfassil tal-politika Ewropea, fost l-oħrajn billi jippromovi politiki li jappoġġjaw it-tkabbir tal-industrija tal-inbid, u jiżgura li l-produtturi reġjonali tal-inbid ikollhom vuċi fid-deċiżjonijiet li jolqtuhom;
  • jippromovi s-sostenibbiltà, il-protezzjoni ambjentali u l-prattiki tal-vitikultura sostenibbli u, fl-istess ħin, jindirizza l-isfidi relatati mat-tibdil fil-klima, is-saħħa tal-ħamrija u l-użu tal-ilma;
  • iħares il-wirt kulturali u t-turiżmu billi jenfasizza r-rwol tal-inbid bħala parti integrali mill-wirt kulturali tal-Ewropa u l-kontribut tiegħu għat-turiżmu. Il-grupp interreġjonali jirrakkomanda inizjattivi li jagħtu spinta lit-turiżmu relatat mal-inbid, jipproteġu r-reġjuni tradizzjonali tal-vitikultura, u jippromovu l-valur kulturali tal-inbid;
  • jippromovi t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi billi jappoġġja l-politiki li jixprunaw l-iżvilupp ekonomiku fir-reġjuni li jipproduċu l-inbid u billi jenfasizza l-ħolqien tal-impjiegi fi ħdan l-industrija tal-inbid u l-katina tal-provvista tagħha;
  • isaħħaħ ir-relazzjonijiet kummerċjali internazzjonali billi jrawwem it-tagħlim bejn il-pari u d-djalogu miftuħ fi ħdan ir-reġjuni biex jiġu promossi politiki kummerċjali miftuħa u ġusti għall-inbid Ewropew. Dan jinkludi l-promozzjoni tal-protezzjoni tal-esportazzjonijiet tal-inbid Ewropew fis-swieq globali u l-indirizzar tal-ostakli kummerċjali internazzjonali.