Kummissjoni għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Enerġija

ENVE

Il-Kummissjoni għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Enerġija (ENVE) tlaqqa’ sindki, kunsilliera lokali u rappreżentanti reġjonali biex jiddiskutu l-isfidi lokali fil-qasam tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-ambjent, il-bijodiversità, l-ekonomija ċirkolari, ir-reżiljenza tal-ilma, it-tniġġis żero, it-tibdil fil-klima u l-enerġija.

© Mopic / Adobe stock.com

F’din il-paġna

Taħt il-lenti

Dwar

Il-Kummissjoni għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Enerġija (ENVE) hija responsabbli għall-ħidma fuq il-politiki dwar it-tranżizzjoni ekoloġika. Din il-ħidma titwettaq kemm mir-relaturi tal-kummissjoni, kif ukoll mill-membri li jimpenjaw ruħhom b’mod attiv fuq il-post. B’hekk, il-KtR jista’ jaqdi bis-sħiħ ir-rwol konsultattiv tiegħu fil-proċess leġiżlattiv u politiku rilevanti tal-UE.

Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali

Il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali huwa inizjattiva ewlenija tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni li għandha l-għan li tqiegħed il-bliet u r-reġjuni fil-qalba tat-tranżizzjoni tal-UE lejn in-newtralità klimatika. 

Din l-inizjattiva tagħmel parti mill-prijorità tal-KtR biex isaħħaħ ir-reżiljenza u hija kampanja ta’ impenn politiku u ta’ komunikazzjoni li ilha għaddejja mill-2020.

Grupp ta’ Ħidma dwar il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali

Il-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali huwa grupp ta’ ħidma politiku magħmul minn 14-il mexxej lokali u reġjonali u huwa ppresedut minn Markku Markkula (FI/PPE), Membru tal-Kunsill tal-Belt ta’ Espoo. Il-Grupp ta’ Ħidma jipprovdi feedback trasversali dwar diversi oqsma ta’ politika li jikkonċernaw it-tranżizzjoni ekoloġika, u jappoġġja l-bliet u r-reġjuni permezz ta’ sett ta’ għodod ta’ komunikazzjoni u involviment biex jilħqu l-objettivi ta’ tranżizzjoni ekoloġika tagħhom. 

Ambaxxaturi tal-Patt tas-Sindki

Il-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija huwa l-akbar inizjattiva fid-dinja dwar it-tmexxija lokali fil-qasam tal-klima. Fl-Ewropa, is-27 membru tal-KtR jaqdu r-rwol ta’ ambaxxaturi nazzjonali biex jippromovu l-inizjattiva f’kull Stat Membru tal-UE. Barra minn hekk, il-membri tal-ENVE jirrappreżentaw lill-KtR fil-bordijiet politiċi tal-Patt fil-livell Ewropew u globali.

Ambaxxaturi tal-Patt Klimatiku tal-KtR

Il-Kummissjoni ENVE taqdi rwol ewlieni fil-Patt Klimatiku Ewropew, billi tixpruna l-azzjoni lokali u l-impenn taċ-ċittadini fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u biex l-Ewropa ssir aktar sostenibbli. Il-membri tal-KtR jistgħu jissieħbu f’din l-inizjattiva bħala Ambaxxaturi tal-Patt Klimatiku tal-KtR. Permezz ta’ dan in-network, il-KtR jappoġġja lill-Ambaxxaturi biex jospitaw avvenimenti lokali ta’ sensibilizzazzjoni, biex jiġi kondiviż l-għarfien u titħaffef l-azzjoni klimatika fil-livell lokali.

Tniġġis Żero fil-Livell Lokali

Il-Kummissjoni ENVE hija responsabbli, flimkien mal-Kummissjoni Ewropea, għall-ġestjoni konġunta tal-Pjattaforma għall-Partijiet Ikkonċernati b’rabta mat-Tniġġis Żero. Il-Pjattaforma, li tnediet fl-2021, hija kopreseduta mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Kumitat tar-Reġjuni (KtR). Twaqqfet biex tgħin fil-kisba tal-ambizzjoni ta’ tniġġis żero fi djalogu ma’ atturi minn komunitajiet u oqsma ta’ għarfien espert differenti, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali.

Allert dwar il-Finanzjament tal-Patt Ekoloġiku

L-Allert dwar il-Finanzjament tal-Patt Ekoloġiku huwa bullettin ta’ kull xahar b’informazzjoni dwar l-opportunitajiet u l-inizjattivi ta’ finanzjament li jappoġġjaw l-iżvilupp sostenibbli u t-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika. Abbona għall-bullettin dwar il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali permezz ta’ din il-formola biex ma titlifx l-edizzjonijiet futuri.

Involviment tal-ENVE fil-livell globali

Fil-livell globali, il-Kummissjoni ENVE hija responsabbli għall-koordinazzjoni tad-delegazzjoni tal-KtR għall-Konferenzi tan-Nazzjonijiet Uniti (COP) dwar it-tibdil fil-klima (UNFCCC) u l-bijodiversità (CBD) u s-summits globali dwar l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs).

Aktar aħbarijiet

Avvenimenti futuri

Avvenimenti passati

Opinjonijiet

Opinjonijiet li qed jiġu diskussi bħalissa

Opinjonijiet adottati

Membri tal-kummissjoni

Multimedia

Studji u Pubblikazzjonijiet

Dokumenti