Premju ARLEM

©European Union, 2026

F’din il-paġna

Rebbieħa

Dwar il-premju

L-Assemblea Reġjonali u Lokali Ewro-Mediterranja (ARLEM), f’kollaborazzjoni mal-imsieħba u s-sostenituri mill-qrib tagħha, tippremja lill-intraprendituri żgħażagħ fil-livell lokali mill-pajjiżi msieħba Mediterranji tal-ARLEM. Il-premju jiffoka b’mod speċjali fuq ir-rabta bejn l-intraprendituri u l-awtorità lokali jew reġjonali li tipprovdilhom appoġġ.

Il-premju għandu tliet għanijiet:

  • li juri eżempju ta’ suċċess tal-intraprenditorija taż-żgħażagħ fir-reġjun tal-Mediterran bil-għan li jispira lil żgħażagħ oħra;
  • li juri l-impatt pożittiv li jista’ jkollhom l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-pajjiżi msieħba tal-Mediterran fuq l-ekosistema intraprenditorjali, u b’hekk awtoritajiet lokali u reġjonali oħra jitħeġġu jippromovu, jappoġġjaw u jsostnu b’mod attiv l-intraprenditorija taż-żgħażagħ;
  • li juri kif l-intraprendituri żgħażagħ fil-pajjiżi msieħba tal-Mediterran jimpenjaw ruħhom b’mod attiv għall-futur tagħhom billi joħolqu l-impjiegi u jinfluwenzaw b’mod pożittiv l-iżvilupp ekonomiku lokali, u b’hekk jistabbilixxu narrattiva pożittiva.

Il-kumitat ta’ evalwazzjoni u l-ġurija

Il-kumitat ta’ evalwazzjoni tal-Premju ARLEM jikkonsisti minn rappreżentanti minn firxa wiesgħa ta’ organizzazzjonijiet li għandhom interess fil-prosperità tar-reġjun tal-Mediterran. Dawn jinkludu istituzzjonijiet Ewropej u Ewro-Mediterranji bħall-Kummissjoni Ewropea u s-Segretarjat tal-Unjoni għall-Mediterran, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka; assoċjazzjonijiet li huma membri tal-ARLEM bħas-CPRM-CIM u Medcities; EUROCHAMBRES, u n-Network ta’ Investiment ANIMA li hija organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ. Il-kumitat huwa ppresedut mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, u jivvaluta l-applikazzjonijiet meqjusa eliġibbli skont il-kriterji tal-għoti. Il-lista mqassra ta’ bejn tlieta u ħames finalisti mbagħad tgħaddi għand il-ġurija (il-kopresidenza tal-ARLEM) biex tagħżel ir-rebbieħ/a finali.

Kif tapplika? 

Inti:                                                                                                               

  • intraprenditur żagħżugħ/intraprenditriċi żagħżugħa taħt il-35 sena,
  • għandek l-appoġġ tal-awtoritajiet reġjonali jew lokali tiegħek,
  • ilek mill-inqas 3 snin tmexxi l-kumpanija tiegħek stess,
  • u l-kumpanija tiegħek għandha l-kwartieri ġenerali f’wieħed mill-pajjiżi murija fuq il-mappa hawn taħt?

Bl-appoġġ tal-“Unjoni għall-Mediterran”

Ritratti

Dokumenti