F’din il-paġna

Unless we measure the state of our regions and cities, we cannot understand the state of our Union. Only by taking the pulse of our communities, we can decide how effective the EU has been on the ground, and what the EU needs to do to help its people.
Apostolos Tzitzikostas

Ir-reġjun tiegħek kif qed jirkupra mill-pandemija? Qed jibbenefika mir-rivoluzzjoni diġitali? Il-belt tiegħek kif qed tgħin biex isir progress fit-tranżizzjoni ekoloġika? X’jaħsbu l-politiċi reġjonali u lokali dwar ir-relazzjoni tagħhom mal-gvern nazzjonali tagħhom u mal-UE, u liema huma dawk l-isfidi li jixtiequ l-UE tikkonċentra fuqhom? Segwi l-valutazzjoni ta’ din is-sena tal-istat tar-reġjuni u l-bliet Ewropej minn Apostolos Tzitzikostas, President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u Gvernatur tal-Maċedonja Ċentrali.

Nifhmu l-Ewropa mill-perspettiva lokali

Id-diskors tal-#EURegionalBarometer huwa bbażat fuq il-Barometru Reġjonali u Lokali Annwali tal-UE, rapport mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni msejjes fuq studji proprji kif ukoll riċerka akkademika u kontributi minn sorsi pubbliċi oħrajn.

Il-Barometru jagħti stampa tal-aktar sfidi urġenti li qed jiffaċċjaw ir-reġjuni u l-bliet fl-Unjoni kollha u jgħin biex tingħata informazzjoni dwar l-għażliet ta’ politika tal-UE. Huwa jipprovdi wkoll direzzjoni għall-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni huwa u jsegwi l-prijoritajiet politiċi tiegħu għall-perjodu 2020-2025: biex l-Ewropa titqarreb lejn in-nies, jinbnew komunitajiet reżiljenti, u tiġi promossa l-koeżjoni – politiki bbażati fuq il-post – bħala valur fundamentali tal-UE.

Fl-2020, il-Barometru pprovda analiżi komprensiva tal-impatt tal-COVID-19 fl-Ewropa kollha u vvaluta r-rwol ewlieni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-isforzi biex tiġi indirizzata l-kriżi tas-saħħa u ekonomika.

Sena u nofs mindu faqqgħet il-pandemija, ir-reġjuni u l-bliet issa qed jiffukaw fuq l-iżgurar ta’ rkupru ekonomiku u soċjali ġust u rapidu. L-#EURegionalBarometer 2021 jagħti ħarsa ġenerali aġġornata ta’ firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet li se jiddeterminaw is-suċċess tal-isforzi ta’ rkupru fir-reġjuni u l-bliet tagħna: mis-saħħa sal-migrazzjoni, mill-Patt Ekoloġiku sat-trasformazzjoni diġitali, u mill-koeżjoni ekonomika u soċjali sat-tisħiħ tad-demokrazija Ewropea.

Stħarriġ: Il-politiċi lokali dwar il-futur tal-Ewropa

Din is-sena, il-Barometru Reġjonali u Lokali tal-UE jinkludi l-ewwel stħarriġ li qatt sar tal-politiċi lokali u reġjonali minn kull wieħed mis-27 Stat Membru tal-UE. L-istħarriġ tal-politiċi lokali tal-UE u l-futur tal-Ewropa, imwettaq mill-IPSOS, se jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex il-governanza Ewropea tiġi kkunsidrata mill-ġdid b’mod aktar inklużiv u demokratiku.

Dokumenti