Dikjarazzjoni ta’ aċċessibbiltà (applikazzjoni għall-apparati mobbli)

CoR building
© Atelier Paul Noel sprl and Art& Build s.a.

F’din il-paġna

Din id-dikjarazzjoni tapplika għall-applikazzjoni għall-apparati mobbli tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni.

Din l-applikazzjoni hija ġestita mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni.

Għandek tkun tista’:

  • taraha f’diversi daqsijiet tal-iskrin;
  • tinnaviga fil-biċċa l-kbira tal-applikazzjoni billi tuża qarrej tal-iskrin modern u software għar-rikonoxximent tad-diskors fuq l-apparat mobbli tiegħek.

Status ta’ konformità 

Din l-applikazzjoni għall-apparati mobbli hija parzjalment konformi mal-istandard tekniku EN 301 549 v.3.2.1 u l-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà għall-Kontenut tal-Web 2.1 Livell AA. Ara t-taqsima “Kontenut mhux aċċessibbli” għal aktar dettalji.

L-applikazzjoni ġiet ittestjata l-aħħar fis-26 ta’ Mejju 2025.

Tħejjija ta’ din id-dikjarazzjoni 

Din id-dikjarazzjoni ġiet riveduta fit-28 ta’ Mejju 2025.

Din id-dikjarazzjoni tħejjiet abbażi ta’ awtovalutazzjoni u feedback mill-Google Play Developer Console. Il-feedback mill-Console ġie applikat parzjalment.

Feedback 

Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-aċċessibbiltà tal-applikazzjoni għall-apparati mobbli tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni. Għarrafna jekk tiltaqa’ ma’ ostakli b’rabta mal-aċċessibbiltà: 

Nippruvaw mill-aħjar biex inwieġbu għall-feedback fi żmien 15-il jum ta’ xogħol minn meta tasal il-mistoqsija fid-dipartiment responsabbli. 

Kompatibbiltà mat-teknoloġija assistiva 

L-applikazzjoni għall-apparati mobbli tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni hija kompatibbli ma’:

  • Is-sistemi operattivi tal-Android u tal-iOS
  • L-aħħar verżjonijiet tal-qarrejja tal-iskrin bħal TalkBack (Android) u VoiceOver (iOS)
  • L-għodod komuni għall-kontroll bil-vuċi u għall-aċċess permezz ta’ interrutturi

Kontenut mhux aċċessibbli

Ċerti elementi tal-applikazzjoni mhumiex kompletament aċċessibbli. B’mod partikolari:

  • ċerti buttuni u stampi ma għandhomx tikketti ċari jew deskrittivi, li jagħmilhom diffiċli biex jinftiehmu mill-utenti li jiddependu mill-qarrejja tal-iskrin;
  • diversi żoni interattivi huma iżgħar minn dak li huwa rakkomandat, u dan jista’ jagħmel in-navigazzjoni diffiċli għall-utenti b’destrezza limitata;
  • l-elementi testwali u viżivi f’ċerti partijiet tal-applikazzjoni ma għandhomx kuntrast suffiċjenti, li jista’ jaffettwa l-leġġibbiltà għall-utenti b’vista batuta;
  • ċerti prattiki tajbin li jikkonċernaw l-aċċessibbiltà teknika għadhom ma ġewx implimentati bis-sħiħ.

Għaddejja ħidma biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet u tittejjeb l-aċċessibbiltà ġenerali tal-applikazzjoni.