Sejħiet għall-offerti

​​​​​​​​​​​​​Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni juża proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti u proċessi oħra biex iwettaq ħidmietu. Ikkonsulta din il-paġna biex tkun taf aktar u ssib l-informazzjoni rilevanti kollha.

F’din il-paġna

Sejħiet għall-offerti wara li jiġi ppubblikat avviż dwar kuntratt

Kif tapplika? 

Għal sejħiet għall-offerti wara li jiġi pubblikat avviż dwar kuntratt, aqra bir-reqqa u segwi l-istruzzjonijiet inklużi fl-avviż dwar kuntratt u fid-dokumenti tal-akkwist.

Kuntratti ta’ valur baxx u medju

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) jaġġudika żewġ tipi ewlenin ta’ kuntratti:

  • Kuntratti ta’ valur baxx (valur li ma jaqbiżx EUR 60 000), li għalihom il-KtR irid jistieden minimu ta’ tliet kandidati, u 
  • Kuntratti ta’ valur medju (valur ta’ bejn EUR 60 000 u EUR 143 000) li għalihom għandhom jiġu mistiedna minimu ta’ ħames kandidati.

Barra minn hekk, regolarment jiġu ppubblikati proċeduri ta’ akkwist innegozjat għal kuntratti ta’ valur medju u baxx.

Kif tapplika għal kuntratti ta’ valur baxx u medju

Biex tapplika, jekk jogħġbok ibgħatilna email li tinkludi l-informazzjoni li ġejja: is-suġġett tal-offerta, l-isem, l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tal-kumpanija tiegħek.

Ibgħat l-applikazzjoni tiegħek lil

  • procurement-pgfc@cor.europa.eu jekk il-proċedura ta’ valur baxx u medju titnieda mid-Direttorat għal-Loġistika, id-Direttorat għat-Traduzzjoni u d-Direttorat għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni
  • COR-Marches-Publics@cor.europa.eu jekk il-proċedura ta’ valur baxx u medju titnieda mid-Direttorati l-oħra

Kuntratti aġġudikati

Skont l-Artikolu 166 tar-Regolament Finanzjarju u l-punt 3 tal-Anness I tal-istess Regolament, il-KtR għandu l-obbligu li kull sena jippubblika lista ta’ kuntratturi. Is-suġġett u l-valur tal-kuntratt aġġudikat għandhom jiġu speċifikati għall-kuntratti ta’ valur ogħla minn EUR 15 000. Barra minn hekk, għandha tiġi ppubblikata lista ta’ kuntratti speċifiċi bbażati fuq kuntratti qafas iffirmati fis-sena ta’ qabel il-pubblikazzjoni.

Kuntratti ffirmati fl-2025 mill-KtR:  

Kuntratti ffirmati fl-2024 mill-KtR: 

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà: Il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni f’dan is-sit għandha titqies ta’ natura informali u ma tissostitwixxix il-pubblikazzjoni uffiċjali fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dokumenti