Dashboard tal-Vulnerabbiltà: it-tisħiħ tar-reżiljenza għad-diżastri fl-Unjoni Ewropea

Sir af kif l-għarfien immexxi mid-data u l-azzjoni lokali jsaħħu r-reżiljenza għad-diżastri fl-Unjoni Ewropea permezz tad-Dashboard tal-Vulnerabbiltà territorjali interattiva u l-mappa tal-istorja li sservi ta’ ispirazzjoni.

© maribom/ Adobe stock.com

F’din il-paġna

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) u ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea ħadmu flimkien biex jawtonomizzaw lill-awtoritajiet lokali u reġjonali bil-għan li dawn isaħħu r-reżiljenza għad-diżastri u jiżguraw li l-komunitajiet ikunu ppreparati aħjar għall-isfidi tat-tibdil fil-klima u ta’ eventi ta’ temp estrem, bħall-għargħar, in-nirien fis-selvaġġ, u l-mewġiet ta’ sħana. 

Id-Dashboard tal-Vulnerabbiltà huwa għodda interattiva innovattiva, mitluba mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u żviluppata mill-JRC, li tgħin fil-fehim, il-kejl u l-monitoraġġ tal-vulnerabbiltajiet tat-territorji Ewropej għad-diżastri. Din l-għodda timmonitorja sal-livell NUTS3 u tkejjel ir-riskji maż-żmien billi tanalizza indikaturi f’ħames dimensjonijiet (id-dimensjoni soċjali, ekonomika, politika, ambjentali u fiżika). Dan l-istrument immexxi mid-data huwa essenzjali għal dawk li jfasslu l-politika, peress li jippermettilhom jieħdu deċiżjonijiet infurmati mmirati lejn it-tisħiħ tar-reżiljenza għad-diżastri fil-komunitajiet tagħhom. 

Il-mappa tal-istorjaSuccess Stories of Investing in Disaster Resilience ” (Stejjer ta’ Suċċess ta’ Investiment fir-Reżiljenza għad-Diżastri) tippreżenta ħames studji tal-każ li jservu ta’ ispirazzjoni u li jenfasizzaw kif l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Ewropa kollha qed jinvestu b’mod effettiv fir-reżiljenza għad-diżastri. Din il-mappa hija bbażata fuq il-pubblikazzjoni tal-KtR “Local and regional success stories of investing in disaster resilience” (Stejjer ta’ suċċess lokali u reġjonali ta’ investiment fir-reżiljenza għad-diżastri). 

Dawn il-proġetti juru s-sinerġija importanti bejn ix-xjenza u l-politika, u kif l-għarfien immexxi mid-data jista’ jtejjeb il-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet. Billi tiġbor flimkien evidenza empirika u esperjenzi lokali reali, il-mappa tal-istorja sservi bħala għodda b’saħħitha biex tispira azzjonijiet li jimmitigaw ir-riskji u jippromovu r-reżiljenza fl-Unjoni Ewropea.