Theresa Sostmann
Theresa.Sostmann@cor.europa.eu
Ir-reġjuni u l-bliet Ewropej jinsabu fuq quddiem nett tal-isfidi tas-sigurtà tal-lum, mill-impatt tal-gwerra fl-Ukrajna sal-pressjoni fuq il-fruntieri esterni u t-theddid ibridu, li jagħmlu r-reżiljenza u t-tħejjija lokali aktar vitali minn qatt qabel. F’dan il-kuntest, il-membri tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) kellhom dibattitu u adottaw Opinjoni dwar it-Tħejjija Ewropea għad-Difiża 2030 matul is-sessjoni plenarja tal-15 ta’ Ottubru, li tistabbilixxi talbiet ċari biex jiġi żgurat li l-ambizzjonijiet tad-difiża tal-Ewropa jsaħħu s-sigurtà filwaqt li jagħtu s-setgħa lill-industriji lokali.
Matul id-dibattitu, li sar mal-Ġeneral Christophe Gomart (FR/PPE), Membru tal-Parlament Ewropew, u relatur dwar “Abbozz ta’ rapport dwar it-Tħejjija għad-Difiża Ewropea 2030: valutazzjoni tal-ħtiġijiet”, il-membri tal-KtR enfasizzaw li r-reġjuni jaqdu rwol deċiżiv fil-bini ta’ raggruppamenti tat-teknoloġija tad-difiża u b’użu doppju, b’mod partikolari fiż-żoni tal-fruntiera. Huma enfasizzaw li trid tingħata attenzjoni speċifika lir-reġjuni tal-fruntieri esterni f’riskju ta’ aggressjoni, b’appoġġ soċjoekonomiku mmirat u li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiġu rikonoxxuti wkoll bħala atturi ewlenin fit-tisħiħ tat-tħejjija ċivili u r-reżiljenza kontra t-theddid ibridu.
Il-membri tal-KtR adottawOpinjoni li tinkludi rakkomandazzjonijiet ibbażati fuq il-post u proposti għal emendi leġiżlattivi biex jiġi żgurat li t-tħejjija għall-2030 tqis ir-realtajiet, l-assi u l-isfidi territorjali, u li tkun ta’ benefiċċju għar-raggruppamenti u l-SMEs fl-UE u ssaħħaħ il-koeżjoni territorjali tal-UE, filwaqt li nnotaw li l-Politika ta’ Koeżjoni tista’ tappoġġja l-industrija tad-difiża jekk tikkontribwixxi għall-ħolqien tal-impjiegi reġjonali u t-tkabbir ekonomiku, f’konformità mal-missjoni ewlenija tagħha. L-Opinjoni tappella wkoll għal aktar tisħiħ tas-sinerġiji bejn il-Politika ta’ Koeżjoni u l-objettivi tad-difiża. Filwaqt li nnotaw li l-istrument ta’ Azzjoni ta’ Sigurtà għall-Ewropa (SAFE) diġà ġie adottat mill-Kunsill, il-membri tal-KtR enfasizzaw li għandu jkun hemm definizzjoni b’saħħitha ta’ preferenza Ewropea, biex jiġi żgurat li l-investiment konsiderevoli meħtieġ għas-sigurtà tal-UE jikkontribwixxi għall-industriji lokali tal-UE u jsaħħaħ is-sovranità Ewropea. Huma ssottolinjaw li l-finanzjament irid ikun primarjament ta’ benefiċċju għall-Istati Membri tal-UE u għall-Ukrajna u li mill-inqas 70 % tal-kost tal-komponenti tad-difiża fi proġetti ffinanzjati jenħtieġ li joriġina fl-UE, b’awtorità tad-disinn ibbażata fl-Unjoni.
Il-mexxejja lokali u reġjonali enfasizzaw il-ħtieġa li tiġi ppreservata l-koeżjoni reġjonali meta tissaħħaħ l-industrija tad-difiża tal-UE, filwaqt li jiġi żgurat li t-territorji li jospitaw raggruppamenti tad-difiża u promoturi nazzjonali jibqgħu kompetittivi. Fl-Opinjoni, il-membri tal-KtR iwissu wkoll li l-limiti fiskali attwali u perkors ta’ erba’ snin għall-infiq fuq id-difiża jirriskjaw “irdum fiskali” u minflok appellaw għal perjodu ta’ żmien estiż sal-2032 biex il-gvernijiet u l-industrija jingħataw stabbiltà. Huma enfasizzaw li d-dipendenza fuq id-dejn biex tiġi ffinanzjata strutturalment is-sigurtà tagħna mhijiex sostenibbli u għalhekk ipproponew l-istabbiliment ta’ sistema ġdida ta’ riżorsi proprji ġenwini biex tiġi ggarantita l-kapaċità tal-UE li tirrispondi b’mod effettiv għall-isfidi tas-sigurtà fil-futur.
Kwotazzjoni
Relatur Ricardo Rio (PT/PPE), Sindku ta' Braga: “Is-sigurtà Ewropea ma tistax tiddependi biss fuq żieda fl-investiment militari. Din trid tinbena fuq viżjoni integrata li ssaħħaħ ir-reżiljenza tal-komunitajiet tagħna, il-kompetittività tat-territorji tagħna, u l-koeżjoni fost ir-reġjuni tagħna. L-Istrateġija Ewropea għad-Difiża l-ġdida hija fundamentali għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-Ewropa, għall-appoġġ tal-alleati tagħna bħall-Ukrajna, u għall-iżgurar li l-Ewropa tkun imħejjija aħjar biex tiffaċċja theddid emerġenti mir-Russja u lil hinn minnha. Il-bliet u r-reġjuni jaqdu rwol deċiżiv: aħna dawk li nbiddlu din l-istrateġija f’azzjoni konkreta li tipproteġi liċ-ċittadini, trawwem l-innovazzjoni, u tixpruna l-iżvilupp sostenibbli u inklużiv.”
Il-Ġeneral Christophe Gomart (FR/PPE), Membru tal-Parlament Ewropew u l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża (SEDE): “Dan ir-rapport dwar “Tħejjija Ewropea għad-Difiża 2030: Valutazzjoni tal-Ħtiġijiet” tfittex li ssaħħaħ il-kumpaniji Ewropej tad-difiża billi tipproponi mekkaniżmi ġodda ta’ finanzjament. Abbażi ta’ aktar minn 60 intervista ma’ kumpaniji u investituri Ewropej tad-difiża, jidentifika tliet sfidi ewlenin: l-iżgurar ta’ aktar ordnijiet u viżibbiltà, iż-żieda fir-rati ta’ produzzjoni, u t-titjib tal-aċċess għall-finanzjament. Filwaqt li jiffoka fuq it-tielet sfida, jindirizza d-diffikultajiet fil-kisba tal-finanzjament, il-ħtieġa għal interpretazzjonijiet aktar flessibbli tal-kriterji ESG biex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-investituri, u n-nuqqas ta’ fondi ta’ investiment Ewropej speċjalizzati fuq skala kbira. Minkejja l-infiq sinifikanti tal-UE għad-difiża, ir-rapport jargumenta li l-allokazzjonijiet attwali mhumiex biżżejjed meta mqabbla mal-kontropartijiet globali, u dan jeħtieġ soluzzjonijiet ta’ finanzjament innovattivi biex jissaħħaħ is-settur. Dawn il-kwistjonijiet jinsabu fil-qalba tat-tħassib tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni. Ir-reġjuni u t-territorji huma tabilħaqq il-bażi għall-iżvilupp tal-bażi teknoloġika u industrijali tad-difiża tal-UE (EDTIB).”
Sfond
Ir-Rapport Annwali tal-UE tal-2025 dwar l-Istat tar-Reġjuni u l-Bliet juri li s-sigurtà lokali qed tiġi ttestjata: l-infrastruttura lokali kritika hija mhedda serjament mill-attakki ċibernetiċi, il-politika lokali qed tiġi influwenzata mill-miżinformazzjoni, u r-reġjuni issa jridu jikkontribwixxu għall-espansjoni tat-tħejjija ċivili u l-ħolqien ta’ raggruppamenti industrijali fis-settur tas-sigurtà u d-difiża.
Fit-22 ta’ Settembru, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuninieda l-Gruppta’ Ħidma dwar id-Difiża,ippresedut minn Fernando López Miras (ES/PPE), President tar-Reġjun ta’ Murcia, biex jinkorpora l-perspettivi reġjonali u lokali fid-difiża tal-UE u biex isaħħaħ ir-reżiljenza tal-Ewropa billi jippromovi kontributi territorjali għat-tħejjija għad-difiża, il-protezzjoni ċivili, ir-rispons għall-kriżijiet u industrija tad-difiża kompetittiva.
Fid-19 ta’ Marzu, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentatil-WhitePaper għad-DifiżaEwropea – Tħejjija 2030 u, bħala parti mill-Pjan ReArm Europe/Readiness 2030, pakkett ambizzjuż ta’ difiża li jipprovdi lievi finanzjarji lill-Istati Membri tal-UE biex jixprunaw żieda fl-investiment fil-kapaċitajiet tad-difiża. Filwaqt li l-PjanReArm Europe/Readiness 2030 għandu l-għan li jsaħħaħ il-kapaċitajiet ta’ difiża pan-Ewropej b’mezzi finanzjarji, il-White Paper tfassal approċċ ġdid għad-difiża u tidentifika l-ħtiġijiet ta’ investiment.
Fis-27 ta’ Mejju, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta l-Azzjonita’Sigurtà għall-Ewropa (SAFE) - strument finanzjarju ġdid, li jipprovdi sa EUR 150 biljun f’self bi prezz kompetittiv u b’maturità twila lill-Istati Membri biex iħaffu t-tħejjija għad-difiża billi jippermettu investimenti urġenti u kbar b’appoġġ għall-industrija Ewropea tad-difiża. SAFE tinsab fit-triq it-tajba biex tkun l-aktar strument ta’ suċċess fil-qasam tad-difiża minħabba li f’inqas minn sitt xhur, ġie assenjat l-ammont totali ta’ EUR 150 biljun f’self.
L-Att b’Appoġġ għall-Produzzjoni tal-Munizzjon (ASAP) għandu l-għan li jżid il-kapaċità tal-produzzjoni tal-munizzjon madwar l-Ewropa u b’dan, jgħin lill-Istati Membri jimlew mill-ġdid l-istokkijiet tagħhom u jwasslu l-munizzjon lill-Ukrajna billi jantiċipa l-konġestjonijiet u n-nuqqasijiet fil-ktajjen tal-provvista tad-difiża.
Theresa.Sostmann@cor.europa.eu
Spain
Membru
President of the Region of Murcia
Portugal
Membru
Mayor of Braga